Ix-Xalata tal-Festa!

View previous topic View next topic Go down

Ix-Xalata tal-Festa!

Post by Admin on Tue Jul 01, 2008 9:51 pm

Din ta hawn taht hija parti min artiklu miktub min Victor Scerri:


Features


It-Torċa - Is-Sibt 9 ta' Lulju 2005

Ix-xalati tal-festi Maltin

minn Victor Scerri

Ix-xalata ta’ wara l-festa, illum saret tradizzjoni. Tradizzjoni, ghaliex ix-xalata ta’ wara l-festa issa ilha ssir snin twal. Tigbor il-familji, tghaqqadhom,tohroghom minn darhom, tferrahhom. Il-familji Maltin u Ghawdxin, jiccelebraw mal-bqija, u bhala parruccani huma wkoll, igawdu l-ghawm, l-ikel, ix-xorb, il-kant u l-bqija tal-atmosfera ta’ hbiberija semplici u sinciera. Atmosfera unika tabilhaqq.

F’din il-kitba, nixtieq naqsam maghkom ftit hsibijiet fattwali, storici, uzanzi li baqghu jintirtu minn generazzjoni ghall-ohra. Illum, ghad hemm rilevanza ghax-xalata tal-festa u jidher li l-importanza tax-xalati mhijiex ser tintemm.

Gbart ftit punti li ghandhom iwasslulkom mhux biss l-idea generali tax-xalata u l-iskop warajha imma differenzi f’certi xalati li jkomplu jaghnu u jghollu l-livell tax-xalati nfushom.

Nevalwaw zmien partikolari, medda twila ta’ snin, perijodu, fejn il-Maltin u l-ghawdxin, ma kellhomx l-izvog li niesna ghandhom illum. Zmien fejn la kien hawn dawl elettriku, la kien hawn televizjoni, la kien hawn videos, la kien hawn computers, DVDs, centri ta’ l-ezercizzi fizici u xejn. Ghajr ghat-teatrin tal-kappillan u x-xalata tal-festa ma tantx kien hawn fejn taghqad u ddur.

Il-bidu tax-xalati

Ma nafux bl-ezatt meta bdew ix-xalati, madanakollu nafu, illi l-poplu Malti zaqqu jhobbha hafna u ma’ zaqqu jhobb jifrah u jixxala kif ukoll ifakkar billi jiccelebra, u dawn l-affarijiet kien dejjem jamalgamhom flimkien. Kull meta kienet toqrob il-festa tal-belt jew tar-rahal, kien, bhalm’ghadu, jarma l-belt jew ir-rahal li jghammar fih, jarma b’mod dekorattiv u sabih id-dar, kien isajjar ghall-familja u ghall-mistednin u jkompli ma’ l-atmosfera.

Izda tant in-nies taghna kienu jsajjru, li kien jibqaghlhom hafna ikel zejjed l-ghada tal-festa. Minflok dak l-ikel li jifdal kienu jiekluh id-dar, kienu jmorru jiekluh il-Buskett jew xi’mkien iehor fejn il-bahar. Dawn l-ikliet ta’ barra mid-dar kienu bdew isejhulhom “xalati ta’ l-ghada tal-festa”. Maz-zmien bdew jiltaqghu gruppi ta’ familji biex jiehdu aktar pjacir flimkien.

Meta t-trasport pubbliku kien ghadu inezistenti, kienu jmorru bil-bhejjem li kienu jaqduhom tajjeb. Izda meta dahal it-trasport bdew jikru x-xarabank biex imorru fi gruppi akbar. In-nies bdiet tikkonkorri bi hgarha. Sena wara l-ohra, in-nies baqghet tistenna dak il-jum ta’ wara l-festa, jum ix-xalata.

Il-Buskett

Nistghu nghidu illi l-gonna tal-Buskett, kienu l-lok fejn sa’ minn snin twal ilu, kien meqjus bhala “post ghad-divertiment”. Fi zmien il-Granmastri bhala l-Mexxejja Religjuzi u Politici tal-Maltin, insibu li dawn il-gonna kienu jintuzaw biex fihom il-Granmastru jmur ghall-kacca, sport ferm mahbub, imfittex u pprattikat minn diversi nies ta’ nisel nobbli, dik il-habta.

Hemm diversi stejjer helwin ta’ drawwiet missirijietna assocjati mal-Buskett. Ghad-dell u z-ziffa helwa, in-nies kienu jiltaqghu u jifirhu flimkien f’divertiment nadif tassew.

Wara jiem shah ta’ xoghol u strapazz biex jippreparaw ghall-festa tal-belt jew rahal taghhom, kien jisthoqqilhom hin ta’ mistrieh. Dan il-hin ta’ mistrieh taghhom, kien appuntament annwali daqs ix-xoghol u l-istrapazz fit-thejjija ghall-festa. Minghajr tlugh u inzul, kienu jhejju kull ma kellhom biex jitilqu ghax-xalata.

Jiftehemu l-hin, jiltaqghu flimkien fil-post indikat mill-Kappillan jew l-organizzaturi, u ceklem ceklem iterrqu ghal imkien iehor. Meta jaslu jibdew dak li kien ikun mahsub minn qabel u f’atmosfera habiba, jirrilassaw u jiehdu gost. Fil-Buskett insibu drawwa ohra sabiha. Meta koppja kienet tizzewweg, ir-ragel kien jintrabat b’wegheda, li jiehu lil martu l-Buskett ghall-festa ta’ l-Imnarja.

Familji shah flimkien, maghquda u ferhana

Kien ikun hawn familji shah li matul is-sena, bilkemm jixirfu mill-ghatba ‘l-barra, u ghalhekk jiem il-festa, minbarra l-portata religjuza li kienu jgorru u d-doveri ta’ Insara u Kattolici li kienu jippromwovu, kienu jfissru wkoll il-bieb tal-preparazzjoni ghax-xalata, ghall-hrug, ghal ftit nifs u arja, u ghalhekk biex hafna nies jiehdu r-ruh, jiehdu sahhithom lura u jinsew imqar ghal ftit waqtiet biss il-problemi u t-toqol tal-hajja.

Dak iz-zmien ukoll, u sa’ erbghin, hamsa u erbghin sena ilu, hekk konna ghadna, f’Malta u f’Ghawdex, il-familji kienu numeruzi mhux hazin.

Min kien ikun serju zzejjed matul is-sena, jew evidentement serju, f’dak il-hin tax-xalata, qisu kellu l-permess li jitbellah xi ftit, basta dejjem bil-limitu, fil-galbu, bil-prudenza. Hadd ma kien jisserva bix-xalata biex iniggez jew jinsulta lil xi hadd. Kienu jkunu xalati tal-paci.

Id-Dumnikani tal-Belt

Ma tistax issemmi “xalata” jew xi forma ta’ divertiment u ma tinkwadrax lir-residenti tal-Belt Valletta. Ghax-xalar u kull tip iehor ta’ divertiment lecitu, kienu dejjem maghrufin id-Dumnikani tal-Belt. Dawn kienu jmorru x-xalati bi hgarhom u f’numru kbir. Kienu jmorru moghnija b’dak l-ispirtu ta’ divertiment li sa’ minn dejjem, il-Beltin huma maghrufin ghalih.

Ix-xalati "tad-dumnikani tal-Belt" kienu jkunu spettakolari u verament divertibbli ghax dawk il-bosta muzicisti li kienu jdoqqu fil-hwienet, kienu jiehdu sehem ukoll f’dawn ix-xalati, u allura kienu jaghatu palata mhux zghira lil dan l-ispettaklu bikri. Ghax tajjeb hawnhekk li nghidu, li x-xalati ta’ l-imghoddi, kienu jkunu mzejna bil-prezenza attiva tal-muzicisti, baned, daqq, kant eccetra.

Ta’ min wiehed jghid ukoll, illi l-organizzaturi tax-xalati tal-festa ta’ San Duminku kienu nies maghrufa bil-laqam bhal per ezempju “il-Hamruni” u Toni “z-Zopp”. Dawn kienu nies li jirsistu hafna, impenjati minn rashom sa’ saqajhom ghax-xalata. Kienu jigbru l-flus minn tlett xhur qabel, billi dawk li kienu jkunu sejrin, ihallsu 2c6 (tmintax irbieghi) fil-gimgha.

Bin-nies li kienu jissottomettulhom il-prezenza taghhom ghax-xalata, kienu effettivament jimlew sitt xarabanki. Xarabanki bl-irgiel biss u xarabanki bin-nisa biss. L-irgiel u n-nisa ma kienux ikunu ma’ xulxin. Kienu jkunu distakkati. Mhux biss fix-xarabanki imm’anki fl-attivitajiet l-ohra ta’ divertiment fix-xalati nfushom. Per ezempju waqt iz-zfin. Irgiel u nisa ma kienux jizfnu flimkien.

It-tqassim bejn wiehed u iehor tax-Xalata ‘nnifisha

Iz-zfin kien ikun separat. L-irgiel jizfnu ma’ l-irgiel u n-nisa jizfnu man-nisa. Il-programm ta’ matul il-gurnata kien ikun imqassam hekk> Fil-5.00 a.m quddiesa. Fis-6.00 a.m tluq minn hdejn il-Baviera. Privates kien ikun hemm xi sitta ghall-Buskett. Malli jaslu l-Buskett kienu joqghodu jizfnu, in-nisa jilghabu t-tombla u l-irgiel jixorbu l-birra. F’nofsinhar kulhadd ghall-ikel.

Mill-Buskett imbaghad in-nies kienet tittiehed l-Armier biex tghum. Fis-6.00 p.m imorru ghand il-Gillieru ghall-ikla ta’ filghaxija. Minn ghand il-Gillieru imbaghad imorru sa’ Bahar ic-?aghak ghall-ahhar flixkun birra. Huma u gejjin kienu jghaddu minn tas-Sliema, ghal dik id-daqsxejn ta’ “rivalitÓ” ta’ l-ahhar, dejjem akkumpanjati mid-daqq li kienet tipprovdi l-orkestra ta’ “Vell Bros” li kienet tkun immexxija xejn inqas minn Vinny Vella.

Ix-xalata tad-dumnikani beltin kienet tintemm fuq is-sur tal-Baviera. Minn hemm imbaghad kulhadd jixtieq il-lejl it-tajjeb lill-bqija u kulhadd imur lejn daru bil-kwiet, ferhan li x-xalata kienet organizzata biex taghti l-gost li tat, u minn hemm ghal sen’ohra. Kienu jkunu okkazjonijiet tant sbieh li ghadhom memorabbli. Ritratti tal-okkazjoni jixhdu dan wehidhom.
avatar
Admin
Admin

Number of posts : 12
Registration date : 2008-07-01

View user profile http://dumnikani.foromotion.net

Back to top Go down

View previous topic View next topic Back to top

- Similar topics

 
Permissions in this forum:
You cannot reply to topics in this forum